Kif Se Jkun It-Temp Fi Tmiem Din Il-Ġimgħa Li Ġejja?

Dan l-aħħar kellna ħafna temp instabbli fuq il-gżira tagħna, allura hija mistoqsija naturali li nistaqsu, jekk dawn il-jiem ta’ tmiem il-ġimgħa hux se jkunu bħal tal-ġimgħa l-oħra. Il-paġna fuq il-midja soċjali li żżomna aġġornati dwar it-temp, ‘Aġġornament tat-temp’, ħabbret li għal-lum, ir-riħ se jitqawwa għal forza 5.

Is-sibt 4 ta’ Mejju umbagħad, il-biċċa l-kbira xemxi b’riħ majjistral forza 4 għal 5. Il-ħadd 5 ta’ Mejju se jkun bnazzi b’riħ xlokk forza 4 għal 3. Jidher li se jkun tmiem il-ġimgħa ideali biex ingawduh barra mal-familja jew il-maħbubin tagħna, nagħmlu xi picnic fuq ir-ramel jew il-blat!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI