"Kimberly Ħa Tibqa' F'Qalbna Għal Dejjem!" – Jagħtu Sorpriża Lil Bint U R-Raġel Tal-Mibkija Kimberly

Wara li ftit ġimgħat ilu kellha ġġarrab firda minn ommha Kimberly wara li din tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer, iċ-ċkejkna Ivy ttieħdet għal ġurnata ta’ divertiment flimkien ma’ missierha.

Dan il-ġest nobbli li ra t-tifħir ta’ ħafna seħħ fuq inizjattiva ta’ personalità lokali magħrufa bħala l-Briefcase Man li kiseb l-attenzjoni tal-pubbliku hekk kif ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat iqassam b’mod misterjuż il-flus lin-nies li fost oħrajn ikunu għaddejjin mill-inħawi tal-Belt Valletta.

“Se nibqa’ nieħu ħsieb lil binti u lil Kimberly mhu se ninsiha qatt,” saħaq missier Ivy meta mistoqsi x’kien jgħid lil martu Kimberly kieku seta’ jkellimha u jgħaddilha l-aħħar messaġġ.

@briefcasemanclips Briefcase Man met up with Ivy & Josmar to surprise them ❤️💼 #malta #thebriefcaseman ♬ original sound – briefcasemanclips

Matul il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer, Kimberly kienet serqet il-qlub ta’ bosta tant li l-poplu Malti kien qed jagħtiha l-appoġġ kollu tiegħu. B’mod partikolari ħafna tħallew emozzjonati meta l-omm stqarret li tixtieq li tkompli tgħix sabiex tkun tista’ tibqa’ tieħu ħsieb lil bintha.

Sfortunatament, madwar xahar ilu ħarġet l-aħbar li Kimberly Zammit ħalliet din id-dinja.

Strieħ fis-sliem, Kimberly!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI