Kiss Cam Waqt Kunċert Tikxef Infedeltà Ta’ Koppja Sigrieta – It-Tnejn Kienu Miżżewġin Lil Ħaddieħor

Waqt kunċert tal-band Coldplay, kienet għaddejja kiss cam li kixfet ċertu sigrieti. Dan hekk kif minn tant eluf ta’ nies u koppji, l-kiss cam rnexxielha tiġi fuq koppja sigrieta, fejn it-tnejn li huma kienu miżżewġin nies oħra. Biex tkompli tikber l-affari, bosta min-nies irnexxielhom jidentifikaw lil dawn it-tnejn, fejn irriżulta jaħdmu fl-istess kumpanija.

Ir-raġel huwa Andy Byron, CEO ta’ kumpanija. Min-naħħa l-oħra, l-mara hija Kristin Cabot, l-HR officer tal-istess kumpanija.

B’ċajta, l-kantant Chris Martin qal li jidher li hemm xi relazzjoni sigrieta bejn dawn it-tnejn, imma ma kienet ċajta xejn! Apparti l-prezz biex jidħlu l-kunċert, probbabilment għandhom ukoll il-prezz tal-avukati tad-divorzju!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI