“Kellna rapporti ta’ klijenti li qed jirċievu SMS suspettużi li jidhru li huma mill-bank tagħna u fihom link għal websajt li tħeġġek biex tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali, personali jew finanzjarja,” żvelat il-paġna tal-HSBC fuq Facebook.
“Tweġibx u tikklikkjax fuq link minn kwalunkwe SMS li m’intix ċert li hu ġenwin. Jekk diġà rċevejt dawn l-SMS u aċċidentalment għafast fuq il-link jekk jogħġbok ċemplilna.”
“L-HSBC qatt ma jistaqsik għall-informazzjoni personali tiegħek permezz ta’ SMS jew jibgħatlek SMS bil-link għall-paġna ta’ login tagħna. L-HSBC qatt mhu se jitlob informazzjoni li tista’ tintuża biex isir ħlas. Taħt l-ebda ċirkostanza l-HSBC mhu se jitolbok tikxef xi dettalji tas-sigurtà tiegħek.”
Jekk tirċievi SMS ta’ dehra suspettuża li tgħid li hija mill-HSBC, ħu screenshot u ibgħatha lil report.phishing@hsbc.com. Jekk jogħġbok avża lil ħaddieħor dwar dak li qed jiġri.
Facebook/HSBC