“Kollox Beda B’Messaġġ … L-Aqwa Messaġġ Li Qatt Iddeċidejt Li Nirrispondi” – Doriana Portelli

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-artista Doriana Portelli qasmet kitba ħelwa f’jum l-anniversarju tagħha, fejn illum hi u l-maħbub tagħha qed jiċċelebraw it-tieni anniversarju tagħhom.

Hi qalet, “Kollox beda b’messaġġ ... L-aqwa messaġġ li qatt iddeċidejt li nirrispondi! Inħobbok.”

Doriana mhix wiċċ fost dawk li jsegwu t-televiżjoni Maltija. Niftakruha f’Evanġelisti, Żafira, Strada Stretta, Il-Miraklu ta' Ħal Saflieni u Noli fost l-oħrajn. Doriana hija wkoll preżentattriċi fejn fost l-oħrajn tippreżena l-aħbarijiet sportive fuq it-televiżjoni.

Awguri kbira Doriana u Lionel, u nittamaw li kellkom jum mill-isbaħ!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI