Dawk segwaċi tal-paġna ta’ Victor Vella fuq Facebook, jafu kemm ta’ kuljum iżomm lis-segwaċi tiegħu aġġornati b’dawk l-aħbarijiet kollha li jikkonċernaw l-immigrazzjoni, u llum dan ma naqasx. Huwa tkellem dwar l-aħħar żviluppi rigward talba għall-għajnuna li talbu 44 persuna li jinsabu f’sitwazzjoni kritika. Kollox qed jindika li patrol boat marret fiż-żona fejn jinsabu dawn il-persuni.
Huwa beda billi qal, “l-44 persuna li talbu l-gġajnuna, jinsabu f'sitwazzjoni kritika. Huma jinsabu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.” Kompla billi qal li, “diversi awtoritajiet huma nfurmati biha. Kollox jindika li patrol boat tinsab fi triqitha lejn iż-żona.” Temm il-kitba tiegħu permezz tal-frażi “le għal Ewropa fortizza.”
Facebook/ Victor Vella