Tristan Zammit, resident fi Triq L-Imqabba, il-Qrendi qasam storja ta’ qsim il-qalb verament! Hu qasam filmat kommoventi ta-kelb tiegħu li kellu jraqqad minħabba li ttajar minn vettura f’din l-istess triq.
Hu jistqarr, “Dan hu r-riżultat meta proposti għas-sigurtà tar-residenti ma jingħatawx kas.” Hu jkompli jispjega kif il-kelb tagħhom laqqat it-tielet daqqa ta’ karozza u kull darba jkollhom joperawh. Fuq il-midja soċjali hu jistqarr, “Kemm-il darba għedna lil kunsill biex jagħmel xi ħaġa fuqha din t-triq u ma sar xejn.”

Ritratt: Facebook / Tristan Zammit
Tristan ikompli jistqarr, “Din mhux l-ewwel ġrajja, apparti dan il-kelb, kellna kelba li ttajret ukoll, kelb ieħor kien ilu għandna ġimgħa, itajjar u miet fuq il-post u ta’ tifel li kont ukoll, kont ħames ċentimetri bogħod mill-mewt minħabba vettura…”
Hu jkompli jgħid li anke ommu kienet fil-perikolu u jistqasi, “X’qegħdin tistennew?” Din hi triq residenzjali u suppost dak li jkun ma jgħaddix b’aktar minn 30KPH, hu jisħaq li m’hemmx tabelli u m’hemmx anqas speed bumps.

Ritratt: Facebook / Tristan Zammit
Tristan jgħid, “Dan il-kelb li ttajjar ilbieraħ ilu għandi 15-il sena, jiġifieri għandu żmien u grazzi għad-daħk fil-wiċċ ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata tiegħu għax kelli nraqqdu. L-aqwa li tajnieha t-tarmak ħa tiġi lixxa biex tinżel aktar komdu għal Alla tieghek.”
Hu jagħmilha ċara, “Inżid ngħid li l-ebda kelb ma joqgħod jiġru barra, dan sempliċiment jaqsam t-triq ma sidu.”