“Kont Taf Li Nies B’Cerebral Palys Iridu 3 Darbiet Iktar Enerġija Minn Ħaddieħor…” – Jasmine’s Journey

Mill-pjattaforma ta’ Jasmine’s Journey naraw filmat biċ-ċkejkna Jasmine tagħmel l-eżeċizzji adekwati biex tissaħħaħ.

“Ara din it-tifla tipprova! Kont taf li nies b’cerebral palys iridu 3 darbiet iktar enerġija minn ħaddieħor sabiex ikunu jistgħu jagħmlu attivitajiet bażiċi u movimenti ta’ kuljum? Kompli spikka ċkejkna!”

Taħt il-filmat is-sottotitli jgħidu li għalkemm it-tifla tipprova ħafna ġisimha mhux dejjem jirrispondi. Cerebral palsy hija kundizzjoni kronika li taffettwa l-moviment, it-ton tal-muskoli u l-koordinazzjoni. Il-kundizzjoni tista’ tkun ħafifa, b’xi persuni li jżommu bilanċ u jgħixu b’mod indipendenti, jew aktar severa, fejn jeħtieġu appoġġ kontinwu. Spiss tħalli wkoll impatt fuq kif wieħed jikkomunika, il-viżjoni, iżda mhux dejjem. Għalkemm m’hemmx kura, terapiji bikrija bħal fiżjoterapija, terapija okupazzjonali u logopedy, kif ukoll medikazzjoni jew kirurġija, jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI