Il-Prim Ministru Robert Abela kiteb, “Il-vaċċin huwa importanti ħafna biex nerġgħu lura għan-normalità li konna drajna biha. Li nieħdu l-vaċċin huwa kontribuzzjoni li lkoll irridu nagħmlu mhux biss għalina nfusna iżda wkoll għal pajjiżna u għall-poplu kollu.”
Hu qasam ritratt ta’ Dr Charles Mallia Azzopardi li qal li ħa l-vaċċin sabiex igawdi l-ħajja fuq il-paġna tal-kummissjoni Ewropea. Dr Mallia Azzopardi huwa konsulent fis-sezzjoni tal-mard infettiv u mediċina interna. Hu wkoll il-konsulent ewlieni rigward il-Coronavirus.