Riħ qawwi f’nofs temperaturi għoljin f’Ċipru kien dak li ikkawża nirien kbar f’bosta partijiet mill-pajjiż. Sfortunatament instabu żewġ iġsma bla ħajja maħruqa f’karozza u qed ikun maħsub li dawn huma ta’ koppja anzjana, għalkemm għadhom ma ġewx uffiċjalment identifikati. It-temperaturi laħqu l-44 grad.
Aktar minn 250 pumpier kienu nkarigati biex jitfu n-nirien qawwija. Il-pajjiż staqsa wkoll l-għajnuna ta’ mekkaniżmu Ewropej f’sapport għall-protezzjoni ċivili, kif ukoll staqsew għall-ġħajnuna tal-pajjiżi ġirien.
Aktar nirien ikkawżati mis-sħana kienu irrappurtati ġewwa l-Greċja, fit-Turkija u fi Spanja.