Krista Šujak Se Tkun Qed Tirrappreżenta Lil Malta Fl-OGAE Fan Vision Li S-Sena Se Jsir Ġewwa Pajjiżna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Krista Šujak qasmet aħbar mill-isbaħ hekk kif żvelat li ser tkun qed tirrappreżenta lil Malti fl-OGAE Fan Vision li s-sena se jsir ġewwa Malta. Is-sena l-oħra ntrebaħ minn Martina Fenech bil-kanzunetta Rise Like A Pheonix. B’hekk, OGAE Malta se jkunu qed jorgannizaw dan il-festival f’Lulju ġewwa Malta.





Krista qalet, “Se nkun qed nirrappreżenta lil Malta fil-OGAE Fan Vision ta’ din is-sena u se jsir proprju hawn Malta. Għamilt l-awdizzjoni bil-kanzunetta It’s My Time, u b’xi mod … tassew kien iż-żmien tiegħi. Grazzi mill-qalb lil dawk iżjed minn 40 membru ta’ OGAE Malta li vvutaw, speċjalment lil min ta l-vot tiegħu lili.”

Żiedet, “Grazzi speċjali tmur għall-ġenituri tiegħi, lill-familja estiża, u lill-manager tal-ġenn tiegħi li baqa’ jinkuraġġini biex nipprova. Ninsab verament bla sabar biex ngħix din l-esperjenza.”

Awguri minn qalbna!



Facebook/Krista Šujak

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI