Raġel vulnerabbli fuq il-midja soċjali żvela li ilu sena jaħdem mid-dar. “L-4 ta’ Marzu 2020, kienet l-aħħar ġurnata li ħdimt mill-Uffiċċju,” beda hu. “Illum sena wara, bil-każi dejjem jisplodu ‘l fuq, kulħadd jissuġġerixxi x’jista’ jsir u x’għandhom jagħmlu dak u l-ieħor.”
“Parir żgħir. L-ewwel ħaġa ara x’tista’ tagħmel INT. Sakemm int tibqa’ ma tagħtix każ, jien u oħrajn bħali nibqgħu ġewwa. Forsi intom komdi hekk. Serraħ moħħok li jien m’iniex. Imma jien ma nistax nirraġuna, ‘jekk niblaha tgħaddili’. Jien bilfors irrid nirraġuna, ‘Alla ħares noħodha’ u bħali familti.”
“Jekk jogħġobkom, l-ewwel ħaġa….ieqfu ppolitiċizzaw dil-pandemija. Jekk għal darba l-poplu jingħaqad nimxu aħjar. It-tieni, ħudu hsieb forsi min jaf… xi darba l-uffiċċju tiegħi ma jibqax il-kamra tas-sodda.”
X’taħseb dwar dak li qed jgħid? Iktbilna fil-kummenti.