"Kull Biljett Mibjugħ Iġibna Pass Eqreb Lejn Dinja Mingħajr Kanċer" – Kunċert B'Risq Il-Ġlieda Kontra L-Kanċer

Nhar l-20 ta’ Ottubru 2023 ser isir kunċert, Harmony Of Hope, bl-intenzjoni li japoġġja l-ġlieda kontra l-marda kiefra tal-kanċer. 19-il kantant u seba’ mużiċisti ta’ stoffa ser jingħaqdu flimkien għal għan tassew nobbli.

“Ingħaqdu magħna għal lejla indimentikabbli hekk kif il-melodiji jegħlbu l-ħitan u r-ritmu jissinkronizza l-qlub, kollha fi sforz kollettiv biex nirbħu l-kanċer. Ħoss kull nota, kull taħbita… Kull biljett mibjugħ iġibna pass eqreb lejn dinja mingħajr kanċer.”

Harmony Of Hope se jsir fl-20 ta’ ottubru 2023 fit-20:00, fejn il-bibien jinfetħu fis-19:30. Kun parti minn dan l-isforz kollettiv biex ikun hawn it-tama u l-kuraġġ madwarna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI