Clifford Galea jaqsam punt importanti fil-jum iddedikat lis-saħħa mentali. Hu jibda billi jgħid, “Il-Jum Dinji għas-Saħħa mentali. Bosta saqsewni ġenwinament kif jien minħabba li kont nieqes għal xi żmien. Oħrajn isaqsu b’kurżità u malizzja x’ġara.”
Hu jkompli jgħid, “Fortunatament dawn tal-aħħar kienu ftit u jintgħarfu. Qabel inkomplu nsemmu s-suġġett tas-saħħa mentali nemmen li rridu nifhmu sew li kull individwu kapaċi jikkontribwixxi għat-tisħiħ tiegħu jew il-kontra.”
Hu jżid, “Frażijiet bħal: ‘mela erġajt?’, ‘Tifel bħalek jaħasra’, ‘ma titgħallimx’, ma tantx huma frażijiet favur is-saħħa mentali. Il-vizzju huwa marda!”
Clifford jagħti d-definizzjoni ta’ dan fuq il-mezzi soċjali tiegħu u jtemm jgħid, “Din mhux ġustifikazzjoni imma fatt. Inkomplu mexjin ‘il quddem. Grazzi li ħabbejtuni dejjem kif jien.”