Wiċċ Katriel Zahra mhuwiex ġdid fuq it-televiżjoni u fuq il-midja soċjali – hu ammirat ħafna għall-mod kif iħares u jesperjenza l-ħajja minkejja l-marda rari tiegħu tal-lupus. Illum inzerta li huwa għeluq snin Katriel.
Onor. Edward Zammit Lewis ħa l-ħin tiegħu biex jawguralu. Hu kiteb: “Illum nawgura l-isbaħ xewqat lil Katriel Zahra f’għeluq sninu. Ġuvni kuraġġuż u determinat. Il-kuraġġ tiegħu jkompli jinkoraġġini biex inkompli għaddej bil-ħidma tiegħi għal ġid komuni. Awguri u Grazzi ħabib.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Katriel fil-ġurnata speċjali tiegħu. Awguri mill-qalb!
Facebook/Katriel Zahra