Iż-żeffien, politikant u wieħed mid-diretturi tal-YADA Dance Company Felix Busuttil illum żvela li għal grazzja t’Alla fieq mill-Covid-19. Felix għadda minn żmien diffiċli waqt li kien qed jissielet dan il-virus, u saħansitra qal li lejl minnhom kważi ċempel ambulanza.
Fuq il-midja soċjali, Felix kiteb: “Nirringrazzja lil kulħadd għall-appoġġ tagħkom u x-xewqat tagħkom. Skoprejt mill-ġdid il-ħafna ħbiberiji sbieħ f’ħajti – riżultati negattivi. Barra mill-priġunerija domestika u lura fis-Serengeti!”
“Imħabba għal kulħadd. U kuraġġ għal dawk li għadhom qed jitħabtu mal-virus distruttiv – flimkien nistgħu niġġielduh. Issa nifhimkom ilkoll aħjar.”
Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Felix Busuttil ta’ dan il-fejqan u nittamaw li jibqa’ jkollu saħħa tajba!
Facebook/Felix Busuttil