Lil Michelle Rausi bosta jafuha fuq il-midja soċjali bħala l-omm tal-mudella ċ-ċekjna Francesca Rausi, li twieldet bid-Downs Syndrome. Ilbieraħ ġie żvelat ir-ritratt tal-iżgħar persuna Maltija li ħallietna bil-Covid, Christine Said. Ir-ritratt wera biċ-ċar li din il-mara ta’ 30 sena twieldet bi bżonnijiet speċjali.
“Jiddispjaċini ħafna meta nara dawn l-affarijiet,” kitbet Michelle. “Kemm ilha li bdiet il-Covid in-nies li jmutu dejjem jiġu rrapurtati imma qatt ma naraw ritratti tagħhom u m’għandniex għalfejn. U hekk kellu jkun ukoll għat-tfajla ta’ 30 sena. Anke jekk il-familjari taw il-permess, kellu jiġi mill-midja li ma ssaqsix biex jippublikaw ir-ritratt tagħha. Dan qed jurina kemm għad fadlilna x’naħdmu,” spiċċat hi.
Mara oħra fil-kummenti wieġbet hekk: “Kważi kważi qed ngħidu li mietet għax kellha dizabilità. Xi dwejjaq!”
Ħaddieħor qajjem il-punt li jista’ jkun li ntwera wiċċha mhux għax kienet bi bżonnijiet speċjali, iżda propju għall-fatt li hija l-iżgħar persuna li ħallietna bil-Covid-19. Ma liem opinjoni taqbel inti? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Dar tal-Providenza/Michelle Rausi