It-telfiet tal-għeżież tagħna speċjalment familjari hi dejjem iebsa. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien. L-attur Ray Sammut illum xtaq isellem il-memorja ta’ raġel importanti f’ħajtu li tilef bħal għada 24 sena ilu.
“It-12 ta’ Frar tibqa zgur f’mohhi ghaziz. Nann, 24 sena ghaddew imma ghalkemm ma ghadekx maghna qatt mhu ser ninsewk. L-ahhar harsa li tajtni nibqa niftakarha ghal dejjem. Int kont specjali ghax barra li kont in-nannu kont ukoll il-parrinu tieghi.”
Minn qalbna nixtiequ l-kuraġġ lil Ray biex ikompli jżomm lil għażiż nannu tiegħu f’qalbu. Jistrieħ fis-sliem l-għażiż nannu ta’ Ray!