Gillian Attard taqsam ritratt mal-kantant lokali Franklin li rajnieh f’kull kompetizzjoni tal-kant lokali tista’ tgħid matul is-snin. Hi tiktiblu messaġġ hekk kif iltaqgħu tal-aħħar sabiex jippreparaw il-wirja tiegħu ġewwa l-Kirġistan.
Gillian tikteb, “L-aħħar waħda tagħna qabel tibda l-vjaġġ tiegħek lejn il-Kirġistan, fejn se tirrappreżenta lil Malta fil-festival prestiġjuż International Meikin Asia Festival. Taf kemm nemmen fik, u żgur li se tagħmilna lkoll kburin. Huwa unur għalija li nkun il-mentor tiegħek u l-aqwa ħabib tiegħek. Inħobbok, ejja nagħmluha din!”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Franklin kull suċċess f’din l-avventura lil hinn minn xtutna. Ninsabu ċerti li se jkun qed jikseb suċċess f’isem Malta u ħa jagħmilna tassew kburin!
Awguri mill-qalb!