Fuq il-paġna ta’ Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, ilbieraħ taw tislima ierqa lil Noel li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Noel kien ilu 26 sena jaħdem fi ħdan l-aġenzija appoġġ u żgur li t-telfa tiegħu ħa tinħass tassew minn sħabu tal-aġenzija.
Il-paġna kitbet, “L-Aġenzija Appoġġ għadha kif tilfet wieħed mill-impjegati tagħha, Noel Pace. Noel kien ilu jaħdem ma l-Aġenzija Appoġġ għal dawn l-aħħar 26 sena. Kien persuna maħbub minn kulħadd u dejjem kellu rispett lejn il-kollegi tiegħu.”
Huma komplew sabiex jagħtu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu, “IC-CEO, d-Direttur ta l-Aġenzija Appoġġ u l-impjegati kollha iwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja ta` Noel. Strieħ fis-sliem għażiż Noel u grazzi tal-ħidma tiegħek fi ħdan l-Aġenzija.”
Aħna f’isem Gwida.mt ningħaqdu magħhom sabiex ngħaddu l-kondoljanzi sinċiera tagħna.
Facebook / Foundation for Social Welfare Services