"L-Aħbar Tal-Mewta Tiegħek Niftakarha Daqs Il-Kristall" – Ħabib Ta' Dun Rene Cilia Jfakkru F'Dan Il-Jum Ikrah!

Antoine Galdes, ħabib kbir ta’ Dun Rene Cilia ħalla messaġġ mill-isbaħ biex ifakkar lill-ħabib tiegħu! “Jumejn biss qabel kont miegħek…l-aħbar tal-mewta tiegħek niftakara daqs il-kristall,” jistqarr Galdes.





Hu jkompli jgħid, “Rajtni nikber fl-ambjent tal-knisja, urejt interess fija fiż-żgħożija sakemm ġiet din is-siegħa tal-mewt li ħaditek magħha… jekk snin qabel tlift min din id-dinja lil missieri meta min din id-dinja tlaqt int tlift fiżikament lil ħija il-kbir…”

Antoine jistqarr, “Inġorrok dejjem f’qalbi għini inwettaq bil-ferħ ir-rieda tal-Missier Alla kif kont diġà qed tagħmel f’ħajtek miegħi. Dejjem f’qalbi u talbi għażiż ħija fi Kristu. Ħu ħsieb lill-għażiża ommok illi waqfet taħt is-salib tal-ħajja f’diversi mumenti, lil ħutek u oħrajn.”



Dun Rene kien tilef ħajtu ħabta u sabta f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun. Hu kien maħbub minn tant u tant nies u l-mewta tiegħu kienet ħasdet lil ħafna nies.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI