“L-Akbar Ammont Ta’ Kulur Bil-Holi Powder Użat Waqt Marċ Tal-Festa Tar-Raħal, B’piż Ta’ 15-Il Kilogramma” – The Malta Records

Illum inkiser rekord nazzjonali ġdid relatat mal-festi tar-raħal. Il-paġna Malta Records spjegat iktar dwar dan ir-rekord.

Kitbu, “The Malta Records illum konna preżenti waqt il-marċ ta' filgħodu f'waħda mill-festi ewlenin li qed jiġu ċċelebrati matul din il-ġimgħa. Hemmhekk sar l-għadd u l-preżentazzjoni ta' rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.”

Żiedu jgħidu, “L-akbar ammont ta' kulur bil-Holi powder użat waqt marċ tal-festa tar-raħal, b'piż ta' 15-il kilogramma. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf mill-Għaqda Melita Banda San Ġużepp waqt il-marċ ta' filgħodu fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġużepp ġewwa l-Imsida. Minn qalbna nifirħu lill-partitarji akkaniti ta' dan il-każin għall-briju kkulurit li rnexxielhom joħolqu. Dan filwaqt li nirringrazzjawhom tal-fiduċja li wrew fl-organizzazzjoni tagħna.  Evviva l-Patrijarka San Ġużepp.”

Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI