Il-kantant lokali Janvil għażel li jiċċelebra għeluq snin martu Nadine b’messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali, fejn tkellem dwar l-imħabba li għadha tgħaqqadhom wara 34 sena flimkien. “34 sena niċċelebraw lilek, inħobbok, nidħku flimkien u naqsmu din il-ħajja flimkien, u wara dawn is-snin kollha, għadek tfisser għalija aktar milli qatt jista’ jesprimi l-kliem,” kiteb Janvil.
Fil-messaġġ tiegħu, il-kantant indika li din is-sena l-okkażjoni tista’ tinħass xi ftit differenti minn dawk ta’ qabel, iżda saħaq li l-aktar ħaġa importanti għalih hija li għandhom lil xulxin. “Dan l-għeluq sninek jista’ ma jinħassx eżatt bħal dawk ta’ qabel, iżda l-aktar ħaġa importanti hija li għandna lil xulxin. Inħobbok aktar minn qatt qabel, u dejjem se nkun maġenbek,” kompla jikteb.
Janvil temm id-dedikazzjoni tiegħu bi kliem sempliċi iżda mimli mħabba lejn Nadine, “Awguri f’għeluq sninek, marti sabiħa. Int qalbi, dejjem.” Minn Gwida.mt, nawguraw lil Nadine l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / Ian J Vella