Tiftakruh is-serje tant popolari Evanġelisti? Din id-drama tant popolari mal-Maltin kienet tixxandar għaxar snin ilu fuq ONE. Ilbieraħ, waqt it-tieġ ta’ David Rizzo, flimkien ma’ Sarah, diversi atturi minn dan is-serje reġgħu ltaqgħu.
L-erba’ protagonisti ta’ dan is-serje; Ludwig Farrugia, Mark Mifsud, Carlos Farrugia u Doriana Portelli kienu preżenti. Iżda mhux biss, għax kien hemm atturi oħra li kienu jieħdu sehem f’din is-serje wkoll. Fost oħrajn kien hemm Lara Azzopardi, Ryan Galea u Duncan Azzopardi u d-direttur ta’ diversi serje Maltin Justin Farrugia.
Gwida.mt tgħaddi l-awgurju tagħha lil David u lil Sarah, li bis-saħħa tagħhom, dawn l-atturi bravi reġgħu ltaqgħu!
@Justin Farrugia @Doriana Portelli