Il-mudella lokali Chrizaya Attard, kitbet erba' kelmiet mill-isbaħ fuq il-paġna ta' Facebook tagħha, fejn tappella lill-istudenti biex jirrispettaw lil xulxin f'din is-sena skolastika. Tgħaddi l-messaġġ tagħha kontra l-bullying.
"L-ewwel gurnata L-iskola. Issa li reġgħet bdiet l-iskola, ejja nfakkru ħaġa importanti: l-ebda tifel jew tifla m’għandu jsofri minħabba bullying. Ejja nkunu ta’ appoġġ għal xulxin, inkunu ta’ mħabba u ta’ għajnuna. Jekk naraw lil xi ħadd fil-bżonn, ejja nersqu lejh b’qalb tajba u b’saħħa ta’ ħbiberija. Fl-iskola, kulħadd jistħoqqlu jħossu sigur, rispettat u maħbub. Flimkien nistgħu noħolqu ambjent fejn kull tifel u tifla jixgħel bħad-dawl.”
Prosit Chrizaya! Jalla ma jkunx hemm każijiet koroh ta' dan it-tip f'ebda skola!
Facebook/ Chrizaya Attard