L-Erba’ Vittmi Tal-Inċident Tat-Traffiku Fil-Kroazja Ġew Identifikati

Żewġ koppji Maltin sfortunatament kienu vittmi ta’ inċident tat-traffiku wara li l-karozza tagħhom ħarġet mit-triq u spiċċat fil-baħar il-Ħamis li għadda. Iż-żewġ koppji kienu fuq btala fil-Kroazja.

Il-vittmi huma: Jeremy Gambin li kellu 68 sena; martu Lorraine Gambin li kellha 67 sena; Kevin Bonnici li kellu 67 sena; u martu Alexandra Bonnici li kellha 66 sena.

Malta kollha kienet ixxukkjata meta ħarġet l-aħbar ilbieraħ. Ħafna nies taw il-kondoljanzi tagħhom fuq il-midja soċjali.

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nagħtu ukoll il-kondoljanzi tagħna lill-qraba u l-ħbieb tal-vittmi.

Times of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI