L-attur lokali Mario Micallef, fuq il-mezzi soċjali tiegħi, jaqsa ritratt li jmur lura 43 sena. Ritratt ta' meta kien jieħu sehem b'mod attiv fil-Ġimgħa l-Kbira fejn din kienet l-ewwel sena li refa' l-Vara l-Kbira.
Il-Vara l-Kbira tkun fost l-itqal vari li jkun hemm fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u hu ta' prestiġju li terfa' proprju din il-vara. Mario, li hu Belti, żgur li ma jinsiex dan il-mument għażiż.
Hu jikteb, "X'memorji u nostalġija. L-ewwel darba li kont erfajt fil-Vara l-Kbira, fl-1982. Aħna l-ħamsa konna qed nerfaw fuq wara, imma ġejna quddiem għal ritratt kommemorattiv. Insellem il-memorja ta' dawn l-erba' reffiegħa tassew tajbien Beltin. Nenu, Leli, Anġlu u Charlie. Strieħu fis-sliem ħbieb."
Memorja mill-isbaħ li żgur tibqa' għażiża!
Facebook / Mario Micallef