"Dan huwa l-ewwel jum il-missier mingħajrek pa. Inqum u naf li ma nistax inċempillek aktar jew ngħidlek grazzi ta' kollox hija wisq diffiċli."
Dawn huwa uħud mill-kliem li kiteb, Luke t-tifel ta’ Hugo, illum fuq l-profil ta’ Instagram tiegħu, fil-festa għall-missirijiet kollha. 8 xhur ilu, dakinhar tat-traġedja, Luke kien imsiefer u kienu tawh l-aħbar fuq it-telefown. “Kienu ċempluli u qaluli li kien ħażin… jipprovaw jikkalmawni. L-għar 8 sigħat ta’ ħajti, kont mitluf dik il-verità.” Hekk qal Luke f’intervista li kienet saret ftit wara Hugo ħalliena, waqt il-programm Xarabank. L-għada filgħodu Luke kien qabad ajruplan lejn Malta u mar jara l-missieru l-isptar. L-aħħar kliem li qallu Hugo kienu “…inħobbok u ħu ħsieb lil kulħadd.”
Sfortunatament mhux kulħadd ikollu x-xorti li jqatta’ din il-ġurnata mal-għażiż missieru għal ħafna raġunijiet. Aħna t-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nuru s-solidarjetà ma dawk il-persuni kollha li lum mhux qed jiċċelebraw dan il-jum.
L-istorja ta’ Hugo tista' ssibha f’dan il-filmat minn Xarabank ta’ Ottubru li għadda.
Luke Chetcuti / Xarabank