Waħda mill-aktar żgħażagħ prominenti sportivi ta’ Malta, Francesca Curmi, ta’ 18-il sena, għadha kif marret fil-finali ta’ tournament tat-tennis kbir.
Francesca Curmi ħalliet isem fl-istorja ta’ Malta bħala l-ewwel tennista Maltija li daħlet fil-finali ta’ avveniment tal-Futures f’Monastir, it-Tuneżija, wara li rebħet lil W. Morvayova 2 – 0. Għada se tkun qed tilgħab kontra Weronika Falkowska mill-Polonja.
“Id-dilettanti Maltin tat-tennis żgur li se jkunu qegħdin jissapportjaw lilFrancesca meta għada tilgħab kontra plejer oħra aktar ikkwotata,” qalet il-Federazzjoni Maltija tat-Tennis, filwaqt li faħħret lil Curmi għat-talent tagħha. “Aħna nawguraw li hi tagħmel prestazzjoni oħra kbira u li din isservi bħala pass għal futur sabiħ – waħda li tkun xhieda tas-sagrifiċċji kollha u x-xogħol iebes li qed tagħmel.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Francesca ta’ dan is-suċċess kbir. Ix-xorti t-tajba Fran!
Facebook/Francesca Curmi