L-Għażla F’Idejn Il-Bombshells Il-Ġodda Llejla – Mid-Dehra Kollox Ħa Jinbidel Fil-Villa!

Love Island Bombshells f'Ġunju

Ilbieraħ Love Island Malta kien episodju li ċertament ġibed l-attenzjoni aktar mis-soltu. Dan wara li daħlu total ta’ tliet bombshells fil-villa.

Jasmine, Shadon u Daniel ingħaqdu mal-kumplament tal-islanders u rnexxielhom joħolqu daqsxejn ta’ suspans.

Fil-konverżazzjonijiet li kellhom Jasmine u Shadon kienu onesti u qalu min jinteressahom l-iżjed, waqt li Daniel kellu żewġ dates – ma’ Anna Paola u ma’ Hayley.

Illejla… il-bombshells se jkollhom l-għażla f’idejhom. B’xi mod jew ieħor jidher li ħa naraw diversi tibdil fil-koppji. Lesti?







Ritratti:

TVMi/ Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI