Il-kontroversja dwar il-parteċipazzjoni ta’ Iżrael fil-Eurovision Song Contest kompliet tiżdied hekk kif RTV SLO, x-xandara nazzjonali ta’ Slovenja, heddew li jirtiraw mill-edizzjoni tal-2026 jekk l-EBU ma tindirizzax il-kwistjoni tagħhom dwar il-parteċipazzjoni ta’ Iżrael u n-nuqqas ta’ trasparenza fil-votazzjoni.
RTV SLO esprimew tħassib dwar il-parteċipazzjoni kontinwa ta’ Iżrael fil-Eurovision, speċjalment fid-dawl tas-sitwazzjoni umanitarja li qed tkompli tiżviluppa f’Gaża. Il-broadcaster żied li r-riżultati tat-televoting f’Eurovision 2025 komplew iċajpru l-fiduċja pubblika fil-kredibilità tal-konkors u tal-proċess ta’ votazzjoni.
Bosta pajjiżi esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżrael, fejn fosthom insibu l-Belġju, l-Irlanda u l-Finlandja. Il-kantant rebbieħ JJ, ukoll esprima x-xewqa tiegħu li pajjiżu jospita l-festival bl-esklużjoni ta’ Iżrael għas-sena d-dieħla.
Min-naħħa l-oħra, l-Ġermanja heddew li ma jieħdux sehem fil-Eurovision jekk ma jitħallewx jieħdu sehem l-Iżrael.
Facebook/Klemen Slakonja