Il-kantant lokali Ivan Grech qasam messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali b’tifkira ta’ missieru, Giuseppe Grech.
Akkumpanjat minn ritratti mill-passat ta’ missieru, Ivan jirrakkonta parti mill-ħajja tiegħu u t-tbatijiet li għadda minnhom, fosthom l-esperjenzi diffiċli ta’ żgħożitu matul is-snin tal-gwerra.
F’messaġġ profond u personali, Ivan jgħid li llum jifhem u japprezza lil missieru aktar minn qatt qabel, u jirringrazzjah għall-imħabba u l-valuri li ħallielu.
“L-ispirtu tiegħek għadu jgħix fija,” jikteb Ivan, filwaqt li jqabbel il-ħajja ma’ pont li jwassal għall-eternità. Huwa jagħlaq it-tifkira bi kliem ta’ mħabba lejn missieru: “Bogħod imma qribi. Inħobbok Pa.”
Insellmu l-memorja ta' missier Ivan.