L-Isplużjoni Fin-Naxxar Ikkawżat Xi Ħsarat Fil-Koppla Tar-Rotunda Tal-Mosta

L-isplużjoni qawwija li seħħet ilbieraħ filgħodu fil-Kamra tan-Nar Madonna ta’ Lourdes fil-limiti tan-Naxxar jidher li ħalliet impatt anke lil hinn miż-żona fejn seħħ l-inċident.

Skont informazzjoni li qed tiċċirkola, is-saħħa tal-isplużjoni kienet tant qawwija li kissret xi ħġieġ mill-koppla tar-Rotunda tal-Mosta. Il-ħsarat allegatament seħħew fil-ħġieġ li jinsab mal-kupletta ta’ fuq nett tal-koppla, waħda mill-aktar partijiet prominenti tal-knisja.

Ir-Rotunda tal-Mosta hija waħda mill-aktar binjiet ikonici f’Malta, magħrufa għall-koppla impressjonanti tagħha li tattira eluf ta’ viżitaturi kull sena. S’issa għadu mhux magħruf l-ammont eżatt tal-ħsarat li ġarrbet il-knisja, filwaqt li l-awtoritajiet qed ikomplu jinvestigaw iċ-ċirkostanzi tal-isplużjoni li seħħet fil-Kamra tan-Nar Madonna ta’ Lourdes.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI