Fuq il-midja soċjali, il-Malta Union of Teachers (M.U.T) żvelat li “se tkun qed tiddiskuti l-organizzazzjoni tal-Attivitajiet tal-Milied fl-iskejjel fid-dawl tal-protokolli fis-seħħ.”
“L-unjoni hija infurmata dwar numru ta’ inizjattivi li potenzjalment mhux se jkunu konformi mal-protokolli stabbiliti u/jew il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-unjoni temmen li kull attività għandha ssir strettament skont l-imsemmija protokolli u billi tirrispetta l-ewwel u qabel kollox is-saħħa tal-edukaturi u l-istudenti kollha.”
X’taħseb dwar dan? Taħseb li għandhom isiru attivitajiet tal-Milied fl-iskejjel meta qegħdin f’pandemija li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tiggrava?
Facebook/Malta Union of Teachers