L-Unjoni Ewropea Se Tipprojbixxi Pakketti Tal-Kondimenti Bħal Ketchup, Mayonnaise U Soy Sauce

Pakketti/‘sachets’ li jintużaw darba biss għal kondimenti bħal ketchup, mayonnaise u soy sauce mhux se jibqgħu permessi għall-klijenti li jieklu fir-ristoranti madwar l-UE mit-12 ta’ Awwissu skont regoli ġodda dwar l-iskart.

Skont ir-regolament, ristoranti li jservu lill-klijenti fuq il-post se jkunu meħtieġa jissostitwixxu l-pakketti tal-kondimenti li jintremew b’alternattivi bħal dispensers li jistgħu jimtlew mill-ġdid, kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw jew fliexken fuq il-mejda.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li r-regoli huma mfassla biex inaqqsu l-iskart mill-imballaġġ u jinkoraġġixxu bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI