Ilbieraħ filgħaxija l-paġna Teatru Manoel ħabbret dwar il-produzzjoni TOSCA ta’ Giacomo Puccini li bdiet ilbieraħ fit-Teatru Manoel. It-tim xtaq jesprimi l-gratitudni għar-rispons qawwi li diġà kien hemm.
“Il-kliem mhux biżżejjed biex nesprimu l-eċitament tagħna dwar din l-opra li qed tittella’ fil-Belt Valletta u l-gratitudni tagħna lil kull min kien involut biex din issir realtà, minkejja l-limitazzjonijiet tad-daqs tat-Teatru Nazzjonali tagħna.”
Il-paġna tkompli bir-ringrazzjamenti lil diversi entitajiet li qed ikunu ta’ sostenn għal din il-produzzjoni:
- Aġenzija Kulturali Valletta,
- Teatru Manoel,
- Orkestra Filarmonika ta’ Malta mmexxija minn Mario de Rose,
- KorMalta-Malta National Choir immexxija minn Riccardo Bianchi,
- Kor tat-tfal tal-Iskola tal-Mużika ta’ Malta mmexxija minn Marouska Ħ’Attard,
- Heritage Malta,
- Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann,
- il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta, u l-Bank of Valletta.
It-tim jirringrazzja lill-kast u kru:
- José Cura bħala Direttur u fir-rwol ta’ Cavaradossi,
- Tanya Ivanova bħala Tosca,
- Carlos Almaguer bħala Scarpia,
- Alan Sciberras bħala Spoletta,
- Albert Buttigieg bħala Sacristano,
- Louis Andrew Cassar bħala Angelotti,
- Nadia Vella Performing Artist Pastorello,
- Jonathan Mohnani bħala Sciarrone,
- Andrzej Gierasimiuk bħala Carceriere,
- Mark Bartolo bħala Roberti,
Jirringrazzjaw lil ko-xenografa u disinjatur tal-kostumi Silvia Collazuol, u lil dawk kollha li jaħdmu bla waqfien minn wara l-kwinti. Għal dawk li jixtiequ jibbukkjaw il-biljetti tagħhom u jesperjenzaw din l-istorja fenomenali, jistgħu jidħlu HAWN
Awguri lit-tim kollu!