Jekk tinsab ħerqan għall-ewwel għawma jew biex tniżżel id-dgħajsa li tant ħdimt għaliha tul ix-xitwa, baqa' biss ftit jiem biex ix-xorti tibda tidħaqlek.
Dan hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet qed juru li lejn tmiem il-ġimgħa d-dieħla it-temp sajfi se jiddomina lil pajjiżna tant li t-temperaturi huma mistennija li jilħqu t-33 Grad Celcius. Din iż-żieda drastika fit-temperatura hi kawża ta' massa ta' arja sħuna ġejja mill-Afrika ta' Fuq li mistennija tgħatti l-punent tal-Mediterran, inkluż lil pajjiżna.
Jekk għandek f'moħħok li tixwi xi biċċa laħam fit-terazzin, il-ġimgħa d-dieħla tgħodd għalik ukoll hekk kif it-temperaturi matul il-lejl mhux se jinżlu taħt l-20 Grad Celcius bir-riħ ikun il-biċċa l-kbira ħafif!
Fl-aħħar se nkunu nistgħu ngawdu l-bajjiet li hu mżejjen bihom pajjiżna!