"Li Ltqajt Miegħek Kienet L-Aqwa Ħaġa F'ħajti. Grazzi Għal Dak Kollu Li Tagħmel Għalija U Għal Maya Ċ-Ċkejkna Tagħna." – L-Attur David Rizzo

L-attur David Rizzo kiteb messaġġ mill-qalb għall-imħabba ta’ ħajtu,  Vanessa Gatt, li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. David u Vanessa flimkien għandhom liċ-ċkejkna Maya.

David jikteb, “Awguri għal għeluq sninek qalbi… Li ltqajt miegħek kienet l-aqwa ħaġa f’ħajti. Grazzi għal dak kollu li tagħmel għalija u għal Maya ċ-ċkejkna tagħna. Inħobbuk ħafna. Jistħoqqlok l-aħjar fid-dinja.”

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Vanessa! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem.





Facebook/ David Rizzo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI