Ira Losco dan l-aħħar kellha ċelebrazzjoni speċjali flimkien ma' oħtha Jacqui u sħabha. Jacqui kellha l-Hen's Party, hekk kif issa fadal xahar għall-jum speċjali tagħha u tal-imħabba ta' ħajjitha, meta ħa jgħidu s-signor si.
Ira tesprimi kemm hi grata li kellha ċ-ċans li tgawdi din iċ-ċelebrazzjoni mal-għażiża oħtha.
"Li nkun ma' oħti ż-żgħira għall-Hen's tinħass surreali! Għal ħafna raġunijiet. Ninsab kuntenta li stajt nattendi għax hija waħda minn dawk li huma okkażjoni ta' darba biss! Ħassejna n-nuqqas ta' Lisa Losco. Fadal xahar ieħor Jacqui, ejja narawk tiżżewweġ!"
Awguri mill-qalb għal Jacqui u l-maħbub tagħha!
Facebook/ Ira Losco