Liema Tmien Kanzunetti Tagħżel Biex Jinstemgħu Fil-Medley Għal Tmiem Il-50 Edizzjoni Ta’ L-Għanja Tal-Poplu?

LGhtp 2026

L-Għanja tal-Poplu ħabbru fuq Facebook dettall speċjali marbut mas-serata finali tal-50 edizzjoni tal-festival, hekk kif il-parteċipanti se jkunu qed jinterpretaw medley magħmul minn tmien kanzunetti magħżula mill-pubbliku.

It-tim appella lis-segwaċi sabiex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar liema kanzunetti jixtiequ jisimgħu f’dan il-medley kommemorattiv f’għeluq il-50 edizzjoni tal-festival.

Fil-messaġġ tagħhom, huma staqsew: “Kieku kont int, liema 8 kanzunetti kont tagħżel biex jinstemgħu fil-medley fi tmiem il-50 Edizzjoni?”

It-tim ta’ L-Għanja tal-Poplu spjega wkoll li kull persuna tista’ tivvota darba biss, sabiex l-għażla finali tirrifletti kemm jista’ jkun ix-xewqat tal-pubbliku.

Idħol HAWN biex tivvota.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI