Illum tiċċelebra għeluq sninha persuna speċjali immens għall-mużiċist George Curmi Puse – ħadd ħlief martu Hilda. Hu kitbilha messaġġ mill-qalb biex jesprimi kemm tfisser għalih u kemm japprezzaha f’ħajtu.
“Lill-mara ta’ ħajti, nittama li taf kemm int speċjali għalija! Happy Birthday Hilda u jalla l-Mulej ibierkek dejjem,” kiteb George. Qasam ritratt mill-isbaħ tagħhom flimkien għall-okkażjoni, u bosta bagħtu x-xewqat sbieħ fil-kummenti.
Awguri mill-qalb, Hilda!
Facebook/ George Curmi Puse