Bdiet bħala ċajta bejn żewġ kollegi u ħbieb, Miguel u Alessandro. It-tnejn li huma ġew sfidati biex jiġġieldu kontra xulxin f’logħba tal-boxing.
Madankollu ħadu dan bis-serjetà ħafna u bdew jitħarrġu, peress li qatt ma kienu ġġieldu qabel jew saħansitra libsu par ingwanti tal-boxing. L-intenzjoni wara din il-logħba dejjem kienet li jiġbru l-flus għall-karità.
Ħaġa wasslet għall-oħra u ħafna atleti ngħaqdu f’din l-isfida biex jagħmlu dan l-avveniment ferm akbar u biex jiġbru flus għal Puttinu Cares. U hekk ġara: impressjonaw lil kulħadd hekk kif is-somma miġbura wara dan l-avveniment hija ta’ 2650 ewro!
Prosit immens!
Facebook / Puttinu Cares