Ray Calleja ser ilaqqgħana ma' żewġ karattri ġodda! Leli xiħ u nervuż u Lola li bħalissa nkwetata għax it-tifla tagħha ħarbitilha ma' ġuvni. Din tinfexx fil-kafè! Ta' spiss jiffrekwentaw il-każin ta' Ray u Daniel u jitolbuhom kafè iswed u bla zokkor.
Leli jdejqu l-ġar ta' taħtu li jsajjar dejjem bil-curry! Apparentament dan il-ġar għandu lsienu mhux mill-ħelwin. Ma stajniex nieħdu kumment mingħand Leli imma smajnieh jgħid "Jekk nieħu kafè bħalissa taqbiżli u mmur għalih!"

Aħna ta' Gwida.mt tkellimna ma' Ray Calleja u staqsejnieh jekk hux ħa jkunu preżenti waqt ix-xow 'Iswed u Bla Zokkor' li ser jkun hemm il-ġimgħa d-dieħla. "Xi ħadd minnhom ser jiġi żgur" aċċertana Ray.
"Ser jiddefsu sew mal-udjenza u ser irebbħu ħafna rigali lill-udjenza." - Ray Calleja
Għaliex 'Iswed u bla zokkor'? Ray qalilna li... "Ħafna drabi kafé qawwi nassoċjawh ma' xi ħaġa li tista' ddarsek. Iżda mhux biss, jista' jkun ukoll dik id-daqqa ta' filgħodu li tikkargak". Din hija t-tema tal-kunċert annwali tal-Big Band Brothers. "Meta tieħu kafé l-ewwel isammrek imbagħad bil-mod, il-mod tibda tħoss l-effett tiegħu." kompla Ray.
Kant, daħk u anke stejjer personali din is-sena! Fil-famuża storja li ssir f'nofs is-serata, Ray ser jaqsam storja personali, fejn ser nitbissmu u anke taqbżilna xi demgħa! Ray ser jirrakkonta din l-istorja flimkien mal-mistieden speċjali Paul Capsis. Paul huwa nofsu malti imma jgħix l-Awstralja u magħruf ħafna għal cabaret!
"Minn ġo nofs il-każin tagħna ħa naraw u nisimgħu l-istejjer, l-imħabbiet id-diżgwit u dak kollu li jġib miegħu dan l-ambjent." - Ray Calleja
Issa int kif tridu l-kafè tiegħek? Ordna minn hawn.
Folla Nies / Facebook