“Lura D-Dar Wara T-Transplant” – Mark U Lauren Qed Jirkupraw U Jirringrazzjaw Lil Kull Min Kien Qribhom F’Dan Il-Vjaġġ

Mark u martu Lauren wara ġranet li fihom għaddew minn mumenti diffiċli u mimlija emozzjonijiet, issa jinsabu lura d-dar, fejn qed ikomplu jirkupraw wara t-trapjant.

Fi kliem mimli gratitudni, Mark qal li, grazzi għal Alla, it-tnejn qed jirkupraw tajjeb, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li tul dan il-vjaġġ ma waqfux jaħsbu fihom u jitolbu għalihom. Il-koppja esprimiet ringrazzjament speċjali lejn uliedhom Luke, Kristen, Christabel u Zem, kif ukoll lejn il-ġenituri, il-familja, il-ħbieb u l-kollegi kollha li kienu qrib tagħhom.

Il-gratitudni tagħhom marret ukoll lejn il-professjonisti mediċi u t-timijiet f’Mater Dei u Guy’s Hospital f’Londra, flimkien ma’ kull min ta l-għajnuna tiegħu matul dan il-perjodu. Mark u Lauren ma nsewx ukoll lil dawk li offrewlhom is-sapport spiritwali, fosthom il-komunità tal-Birgu, is-sorijiet tal-klawsura u s-sorijiet Franġiskani f’Londra. “Il-ġenerożità, il-kura u l-appoġġ tagħkom fissru ħafna għalina,” qalu, b’ringrazzjament partikolari għat-talb li tahom saħħa u kuraġġ.

It-Tim ta' Gwida.mt jixtieqlu l-irkupru ta' malajr u se jżommuh fit-talb tagħhom!

Ritratt:

Facebook/Mark Ciantar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI