Ir-rokna ta’ Luca Lorenzo fuq il-programm Distintivi qed tqajjem interess ta’ kull ġimgħa u għalkemm hu jħobb isejħilha l-iktar rokna vojta fuq it-televiżjoni lokali, permezz ta’ ftit aktar minn minuta qed iqajjem diskussjoni fuq ċerti suġġetti.
Din id-darba jitkellem fuq il-biedja. Hu żvela li “R-realtà, kiefra kemm hi kiefra, hi din. L-istorja tal-biedja hija l-istess bħalma hi tas-sajd u tal-laħam. Aħna bħala żgħażagħ narawh bħala xogħol antikwat immens. Għalhekk m’għandna l-ebda ħajra li nidħlu nagħmlu dax-xogħol.”
“Però, l-ironija hija din – li xogħolijiet bħal dawn huma xogħolijiet li kienu l-pilastri tal-ekonomija fil-bidu, u għalhekk hija fl-interess tagħna u fl-interess tas-soċjetà li nħallu r-rota għaddejja,” qal hu.
Taqbel li Luca jitkellem f’isem iż-żgħażagħ kollha? Fil-verità, hawn bosta ġuvintur li x-xogħol tal-biedja jibqgħu jipprattikawh, speċjalment jekk ikollhom l-art tal-familja.
Facebook/Luca Lorenzo