L-ispettaklu Ineż (Kienet Perfetta) waqt il-festival tal-arti lokali ŻiguŻajg żgur li żamm lil dawk kollha li qed isegwu dawn it-tliet episodji mkaħħlin mal-iskirn anzjużi biex jaraw kif ħa tkompli din l-istorja.
Fit-tieni episodju nkompli nidħlu aktar fl-istorja u niskopru aktar dwar dak li kienet għaddejja minnu Ineż qabel ma għebet. Dawk li ma tantx jafu lil Ineż mill-viċin, f’għajnejhom kienet perfetta. Ma kien jonqosha xejn anke n-negattiv tagħha kien jidher pożittiv! Xi ħaġa tal-għaġeb, kienet wisq popolari.
View this post on Instagram
Il-grupp ta’ żgħażagħ li qed isegwu mid-distanza jikkummentaw dwar kif bdew jiddiskrevu lil Ineż! Ilsien in-nies jibqa’ wisq aħrax u jaraw lil min ħa jakkużaw għal dak li ġralha Ineż.
Żep, l-għarus ta’ Ineż, jibqa’ jindaga għax irrid jara x’ġara u ma ġarax. Hu spiċċa vittma, vittma fi lsien in-nies u bl-għajununa ta’ sieħbu jirnexxilu jiskopri x’seta’ ġara u min kien ma’ Ineż fl-aħħar ħinijiet qabel din sparrixiet.
View this post on Instagram
Omm Ineż mal-pulizija tiżvela dettall li taf ikun kruċjali ferm dwar l-għajbien tagħha. Il-perfezzjoni f’għajn in-nies ma kinitx reali. Ineż kienet qed tgħix f’kurrenti xejn sbieħ id-dar. Iżda dakinhar li għebet ma’ min iltaqgħet? L-investigazzjoni tkompli!
Jekk għadek qed taħsibha dwar jekk għandekx taqta’ biljett. Iddumx wisq! Hawn taħt għandek il-filmat ta’ x’għandek tagħmel eżatt. Int tista’ tidħol HAWN biex tagħmel proprju dan.