"Ma Nieħux Gost Nara N-Numri Jiżdiedu Iżda Ħafna Reazzjonijiet Jgħorkuli Għajnejja!" – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna ikkumenta dwar dak li għaddej f’pajjiżna fir-rigward tal-pandemija Covid-19 fejn qal li ma jieħux gost jara n-numri jiżdiedu iżda r-reazzjonijiet jgħorkulu għajnejh.

Spjega kif pajjiżna ma jistax jibqa’ magħluq mhux ħabba l-ekonomija biss iżda għal diversi raġunijiet li esperjenzajna tul ix-xhur li għaddew.

“Li tgħix fil-biża’ ma jagħmilx sens speċjalment li ma nafux kemm fadal żmien minħabba l-vaċċin li għadna qed nistennew”, kompla Oliver fejn fakkar li rridu nitgħallmu ngħixu s-sitwazzjoni u nġorru r-responsabbiltà lkoll flimkien.





“Jien ma rridx ngħix bir-restrizzjonijiet, kapaċi nagħżel x’inhu tajjeb għalija u għal ta’ madwari; ma’ jkunx ġust li ħabba l-ftit nitilfu l-libertà li nagħżlu”, temm jgħid Oliver.

Ritratt: Facebook/ Oliver Scicluna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI