“Ma Nistax Niġi Għall-Funeral Biex Intik Tislima Tal-Aħħar” – Bint Charles Pace

Aktar kmieni llum, il-preżentatur u Sindku tal-Belt Alfred Zammit ħabbar it-telfa ta’ ħabib antik tiegħu, Charles Pace, li ħalliena lbieraħ filgħaxija. Bint il-mibki Charles, Sandra Mallia, ukoll ħalliet il-kumment tagħha fuq il-profil tagħha.

Għażiż papà illejla tlaqtni. Mort ħdejn oħti Rita, bintek li tant kont tħobb. Ħdejn ħutek u l-ġenituri tiegħek. Għidtlek inħobbok u tlaqtna,” bdiet hi. 



covid



Sfortunatament Sandra żvelat li minħabba li tinsab pożittiva għall-Covid-19, ma tistax tattendi l-funeral: “Kelli nkun jien ukoll bil-Covid papà u ma nistax anqas niġi għall-funeral biex intik tislima tal-aħħar. Imma naf li taħfirli għax m’għandix tort.”

“Inħobbok papà u b’qalbi maqsuma ħa jkolli ninfired minn miegħek. Inwiegħduk li nibqgħu nieħdu ħsieb lill-mummy, li tant kont tħobb. Inħobbok wisq pa wisq. Kemm nixtieq nikteb aktar fuqek papà imma qalbi wisq maqsuma.”



covid

Strieħ fis-Sliem għażiż. Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Charles, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. 

Facebook/Sandra Mallia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI