Bil-Filmat: “Ma Nistax Nistenna Biex Niltaqa’ Miegħek Fi Frar Tal-2026” – Yazmin Helledie Tħabbar Li Hi U Żewġha Keith Panelli Qed Jistennew Tarbija

Yazmin Helledie u żewġha Keith Panelli ħabbru b’ferħ kbir li huma qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom flimkien fi Frar tal-2026. F’reel emozzjonanti fuq Instagram, li Yazmin tellgħet fuq il-profil tagħha, qasmet il-mument speċjali mal-mijiet ta’ segwaċi tagħha.

Hija ddeskriviet il-mument bħala “qegħdin naqsmu l-aktar beat importanti ta’ ħajjitna,” u esprimiet l-eċitament tagħha għal dan il-kapitlu ġdid fil-ħajja tagħhom. Ir-reel jinkludi kliem sempliċi iżda li jolqot il-qalb, “Ma nistax nistenna biex niltaqa’ miegħek fi Frar tal-2026, baby Nelli, u b’hekk żvelaw mhux biss id-data mistennija tat-twelid, imma wkoll il-laqam li se jagħtu lit-tarbija.

Il-messaġġ ġie milqugħ b’mijiet ta’ kummenti ta’ awguri u mħabba mingħand ħbieb, qraba u segwaċi, kollha jifirħu magħhom għal dan il-mument speċjali. Hekk kif joqrob Frar 2026, ċertament li baby Nelli diġà qed tigi milqugħ/a b’ħafna mħabba, ferħ sabiħ li żgur se jdum magħhom għal dejjem.

Instagram / yazmin_zoe







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI