Il-paġna tal-Korporazzjoni Għas-Servizzi Tal-Ilma toħroġ stqarrija rigward rapporti dwar l-ilma maħmuġ fix-Xlendi.
“Stqarrija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward rapporti ta’ ilma maħmuġ fix-Xlendi. Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma tixtieq tiċċara li wara verifika interna tan-netwerk fl-inħawi tax-Xlendi, ma nstab l-ebda ħruġ ta’ drenaġġ jew overflow mis-sistema tad-WSC. Il-kulur kannella li deher fl-ilma huwa attribwit għal ħruġ ta’ ilma tax-xita wara xita qliel u f’daqqa li laqtet iż-żona aktar kmieni matul il-jum. Peress li x-Xlendi jinsab f’wied, l-ammont kbir ta’ ilma tax-xita li niżel b’forza, kaxkar miegħu sediment, ħamrija u materjal organiku. Minħabba dan, diversi culverts li jiġbru l-ilma tax-xita spiċċaw misduda bl-ilma mħallat b’sediment niżel direttament lejn il-baħar.Huwa importanti li wieħed jinnota li dan l-inċident ma kienx marbut mas-sistema tad-drenaġġ iżda ġie kkawżat mill-kundizzjonijiet estremi tat-temp li spiss jolqtu żoni baxxi u kostali bħal din.”